It-Termini tas-Servizz
Sfond
Dawn it-Termini ta’ Servizz, flimkien ma’ kwalunkwe u kull dokument ieħor imsemmi hawnhekk, jistabbilixxu t-termini li inti suġġett għalihom meta tuża l-websajt epcplc.com u kwalunkwe applikazzjoni ta’ awto-reġistrazzjoni ta’ kont web (pereżempju għall-ivvjaġġar fin-Norveġja jew fl-ULEZ ġo Londra) (il-Websajt). Jekk jogħġbok aqra dawn it-Termini ta’ Servizz b’attenzjoni u kun żgur li inti tifhimhom. Inti tkun meħtieġ li taqra u tifhem dawn it-Termini ta’ Servizz għax meta tuża din il-websajt inti titqies li aċċettajthom. Jekk ma taqbilx li tikkonforma ma’, u tkun suġġett għal, dawn it-Termini ta’ Servizz, jekk jogħġbok ieqaf mill-użu ta’ din il-websajt.
Definizzjonijiet u Interpretazzjoni
F'dawn it-Termini ta' Servizz it-termini li ġejjin għandhom ikollhom it-tifsiriet li ġejjin:
- Kont tal-EPC
- ifisser kont li jrid ikun irreġistrat mill-utent tal-Websajt biex jiġġestixxi l-pagamenti online ta’ avviżi rrelatati mat-traffiku, skemi ambjentali jew b’mod ġenerali kwalunkwe applikazzjoni online disponibbli fuq il-Websajt;
- EPC
- Euro Parking Collection plc: numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija: 3515275, numru tar-reġistrazzjoni tal-protezzjoni tad-data: Z5479282; Contractum Limited: numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija: 5755117, numru tar-reġistrazzjoni tal-protezzjoni tad-data: Z143131X, numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT: 977 7392 50, EPC Finance Limited: numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija: 8881682; kollha rreġistrati fl-Ingilterra u Wales, f’‘Shepperton House, 83-93 Shepperton Road, Londra, N1 3DF Ir-Renju Unit; u EPC Hungary KFT: numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija: 01-09-908128, numru tar-reġistrazzjoni tal-protezzjoni tad-data: NAIH-112615/2017 (kollettivament l-EPC);’
- Kontenut
- ifisser kwalunkwe u kull test, stampa, awdjo, vidjow, skript, kodiċi, softwer, bażi tad-data, u kwalunkwe informazzjoni kapaċi li tkun maħżuna fuq kompjuter li jidher fuq, jew jifforma parti mill-Websdajt;
- Pjattaforma
- tfisser kollettivament il-faċilitajiet onlajn, għodod, servizzi, infrastruttura u informazzjoni li l-EPC tipprovdi permezz tal-Websajt biex tiffaċilita l-amministrazzjoni ta’ ħlasijiet irrelatati mat-traffiku;
- Servizz jew Servizzi
- ifisser is-servizzi disponibbli għalik permezz tal-Websajt;
- Informazzjoni tal-Ħlas
- ifisser kwalunkwe dettall meħtieġ għal ħlas ta’ Servizzi mill-Websajt. Dan jinkludi, iżda mhux limitat għal, in-numri tal-kards tal-kreditu/debitu, in-numri ta’ kontijiet bankarji u l-kodiċi sort, jew kwalunkwe metodu tal-ħlas ieħor applikabbli;
- Fornitur ta' Servizz Parti Terza
- ifisser parti terza li tipprovdi servizz li jiġi offrut lill-Utenti permezz tal-Websajt;
- Utent
- ifisser kull parti terza li taċċessa l-Websajt u mhijiex impjegata mill-Euro Parking Collection plc.
Is-Sjieda tal-Websajt
Il-Websajt hija proprjetà ta’ u mħaddma minn l-EPC
Id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intelletwali u l-Liċenzja Tagħna
Il-Kontenut l-ieħor kollu inkluż fil-Websajt, inkluż il-materjal kollu li jiffaċċja lill-utent, it-testi, il-grafiċi, il-logos, l-icons, l-istampi, il-klipps tal-ħoss, il-klipps tal-vidjows, il-kumpilazzjonijiet tad-data, it-tqassim tal-paġni u kull materjal sottostanti ieħor bħal kodiċi, softwer, u bażijiet tad-data u d-drittijiet tal-awturi u drittijiet oħra ta’ proprjetà intellettwali f’dak il-Kontenut, jekk mhux ittikkettjat speċifikament mod ieħor, huwa l-proprjetà tal-EPC, l-affiljati tagħna, is-sħab tagħna, il-klijenti tagħna jew partijiet terżi rilevanti oħra. Il-Kontenut kollu huwa protett mil-liġijiet u t-trattati internazzjonali u tar-Renju Unit applikabbli rigward il-proprjetà intellettwali.
Inti ma tistax tirriproduċi, tikkopja, tqassam, taħżen jew b’xi mod ieħor tuża mill-ġdid materjal mill-Websajt kemm-il darba ma jkunx indikat fil-Websajt jew kemm-il darba ma jkollokx permess espress bil-miktub li tagħmel dan mill-EPC.
Links għal Websajts Oħra
Il-Websajt jista’ jkollha links għal siti oħra. Sakemm ma jkunx iddikjarat espressament, dawn is-siti mhumiex taħt il-kontroll tal-EPC jew l-affiljati tagħna. L-EPC ma terfa’ ebda responsabbiltà għall-kontenut ta’ websajts bħal dawn u tiċħad kull responsabbiltà għal kwalunkwe u kull forma ta’ telf jew dannu li jirriżulta mill-użu tagħhom. L-inklużjoni ta’ link għal sit ieħor fuq din il-Websajt ma timplikax xi approvazzjoni tas-siti nfushom jew ta’ dawk li għandhom il-kontroll tagħhom.
Kontijiet tal-EPC
Kontijiet tal-EPC huma applikazzjoni ta’ awto-reġistrazzjoni online li tippermetti lill-Utenti li jirreġistraw l-informazzjoni tal-vettura, kif ukoll informazzjoni rilevanti oħra, sabiex jiġġestixxu l-ħlas ta ħlasijiet irrelatati mat-traffiku, jirċievu korrispondenza rilevanti permezz tal-posta elettronika, kif ukoll informazzjoni oħra biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar f’lokalità partikulari. Sabiex tibbenefika minn din l-applikazzjoni, l-EPC tirrikjedi li inti tipprovdi u tirreġistra d-dettalji tiegħek fuq il-Websajt sabiex toħloq Kont tal-EPC.
Il-Kont tal-EPC se jkun fih ċerti dettalji personali, informazzjoni tal-ħlas u informazzjoni tal-vettura, li l-EPC se titolbok tipprovdi.
Meta taċċetta t-Termini tas-Servizz u tkompli tuża l-Websajt inti tirrapreżenta u tiggarantixxi li:
- l-informazzjoni li ssottomettejt hija preċiża u veritiera;
- inti taċċetta li tista’ tiġi kkuntattjat mill-EPC permezz tal-posta elettronika għal kwalunkwe skop raġonevoli, fi kwalunkwe ħin, inkluż, imma mhux limitat għal, is-servizz ta’ kwalunkwe dokument rilevanti;
- inti tawtorizza u b’mod espress tippermetti lill-EPC li tivverifika d-dettalji tiegħek mal-awtorità rilevanti tal-liċenzji tal-vetturi fil-pajjiż fejn hija rreġistrata l-vettura, meta jkun meħtieġ jew rekwiżit mill-EPC jew l-affiljati tagħha li jagħmlu dan;
- fi ħdan il-limiti u l-obbligi legali tal-protezzjoni tad-data li bihom hija marbuta l-EPC, inti taċċetta li d-dettalji personali tiegħek jistgħu jkunu kkondividi ma’ entitajiet awtorizzati, għal skopijiet ta’ amministrazzjoni u infurzar, li jistgħu jkunu lokalizzati barra mill-UE;
- inti għandek il-permess li tissottometti l-Informazzjoni tal-Ħlas meta l-permess jista’ jkun meħtieġ; u
- inti għandek iżżomm din l-informazzjoni preċiża u aġġornata; l-EPC ma taċċetta ebda responsabbiltà fil-każ li informazzjoni żbaljata tiġi kkomunikata permezz tal-posta elettronika, bħala riżultat ta’ informazzjoni mhux eżatta jew mhux aġġornata.
Bil-ħolqien ta’ Kont tal-EPC inti terġa’ tafferma r-rappreżentazzjoni u l-garanzija tiegħek.
Jekk jogħġbok innota li jekk l-EPC timplimenta tibdiliet materjali fil-mod kif jitħaddmu l-Kontijiet tal-EPC, inti tawtorizzana biex ninfurmawk malajr kemm jista’ jkun b’mod prattikabbli.
Huwa rrakkomandat li inti ma tikkondividix id-dettalji tal-Kont tal-EPC tiegħek, partikularment il-username u l-password tiegħek. L-EPC ma taċċetta ebda responsabbiltà għal kwalunkwe telf jew dannu mġarrab bħala riżultat tal-kondiviżjoni minnek tad-dettalji tal-Kont tal-EPC tiegħek. Jekk tikkondividi l-kompjuter ma’ ħaddieħor, huqa rrakkomandat li inti ma tissejvjax id-dettalji tal-Kont tal-EPC tiegħek fil-brawżer tal-internet tiegħek.
Jekk għandek raġuni taħseb li d-dettalji tal-Kont tal-EPC tiegħek ittieħdu minn ħaddieħor mingħajr kunsens, inti għandek tikkuntattja immedjatament lill-EPC biex tissospendi l-Kont tal-EPC tiegħek u tikkanċella kwalunkwe ordni jew ħlas mhux awtorizzat li jista’ jkun hemm pendenti.
Privatezza
L-użu tal-Websajt huwa rregolat ukoll mill-Avviż dwar il-Privatezza tal-Websajt u l-Politika dwar il-Cookies tagħna li hija nkorporata f’dawn it-Termini ta’ Servizz b’din ir-referenza.
Terminazzjoni u Kanċellazzjoni
Inti jew l-EPC tista’ ttemm il-Kont tal-EPC tiegħek fi kwalunkwe ħin.
Jekk inti tixtieq ittemm il-kont tal-EPC tiegħek, jekk jogħġbok ibagħtilna ittra elettronika bit-talba tiegħek.
Ċaħdiet
L-EPC ma tagħti ebda garanzija jew rappreżentazzjoni li l-Websajt se tissodisfa l-ħtiġijiet tiegħek, li se tkun ta’ kwalità sodisfaċenti, li se tkun adatta għal skop partikulari, li ma tiksirx id-drittijiet ta’ partijiet terzi, li se tkun kompatibbli mas-sistemi kollha, li se tkun sigura u li l-informazzjoni kollha pprovduta se tkun preċiża. L-EPC ma tagħti ebda garanzija ta' xi riżultati speċifiċi mill-użu tas-Servizz jew Servizzi tagħna.
Waqt li l-EPC tuża sforzi raġonevoli biex tiżgura li l-Websajt hija sigura u ħielsa mill-iżbalji, viruses u malware oħra, l-Utenti kollha jingħataw parir li jkunu responsabbli huma għas-sigurtà tagħhom stess, tad-dettalji personali tagħhom u tal-kompjuters tagħhom.
Viruses, Malware u Sigurtà
L-EPC teżerċita l-ħila u l-attenzjoni raġonevoli kollha sabiex tiżgura li l-Websajt hija sigura u ħielsa mill-viruses u malware oħra, li jinkludu, iżda mhux limitati għal, l-iskannjar għall-viruses u malware. L-EPC, madankollu, ma tiggarantixxix li l-Websajt hija sigura u ħielsa mill-viruses jew malware oħra u ma taċċetta ebda responsabbiltà f’dan ir-rigward.
Inti ma tistax deliberatament tintroduċi viruses jew malware oħra, jew kwalunkwe materjal ieħor li huwa malizzjuż jew li teknoloġikament jagħmel ħsara lil jew permezz tal-Websajt.
Inti m’għandekx tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzata għal xi parti tal-Websajt, is-server li fih hija maħżuna l-Websajt, jew kwalunkwe server, kompjuter, jew bażi tad-data kkonnettjata mal-Websajt.
Tibdiliet fis-Servizz u dawn it-Termini tas-Servizz
L-EPC tirriserva d-dritt li tibdel il-Websajt, il-Kontenut tagħha jew dawn it-Termini ta' Servizz fi kwalunkwe żmien. Inti tkun marbut bi kwalunkwe bidla fit-Termini ta’ Servizz mill-ewwel darba li tuża l-Websajt wara l-bidliet. Jekk l-EPC tkun meħtieġa li tagħmel xi tibdil fit-Termini ta’ Servizz bil-liġi, dawn il-bidliet japplikaw awtomatikament għal kwalunkwe użu attwali kif ukoll għal kwalunkwe użu fil-ġejjieni.
Disponibilità tal-Websajt
Is-Servizz huwa pprovdut “kif inhu” u fuq bażi ta’ “kif disponibbli”. L-EPC ma tagħti ebda garanzija li s-Servizz se jkun ħieles minn difetti. Sal-punt massimu permess mil-liġi, l-EPC ma tipprovdi ebda garanzija (espressa jew impliċita) ta’ kapaċità għal skop partikulari, eżattezza tal-informazzjoni, kompatibilità u kwalità sodisfaċenti.
L-EPC ma taċċetta ebda responsabbiltà għal xi interruzzjoni jew nuqqas ta’ disponibilità tal-Websajt minħabba kawżi esterni inklużi, iżda mhux limitati għal, nuqqas ta’ funzjonament tat-tagħmir tal-ISP, nuqqas ta’ funzjonament tat-tagħmir tal-ospitant (host), nuqqas ta’ funzjonament tan-netwerk tal-komunikazzjoni, qtugħ fil-provvista tal-elettriku, avvenimenti naturali, atti ta' gwerra jew restrizzjonijiet legali u ċensura.
Limitazzjoni tar-Responsabbiltà
Sal-punt massimu permess mil-liġi, l-EPC ma taċċetta ebda responsabbiltà għal xi telf jew dannu dirett jew indirett, prevedibbli jew xort’oħra, inkluż kwalunkwe dannu indirett, konsegwenzjali, speċjali jew eżemplari li jirriżulta mill-użu tal-Websajt jew kwalunkwe informazzjoni li tinsab fiha. L-utenti għandhom ikunu konxji li jużaw il-Websajt u l-Kontenut b’riskju għalihom stess.
Xejn f’dawn it-Termini ta’ Servizz ma jeskludi jew jirrestrinġi r-responsabbiltà tal-EPC għal mewt jew korriment personali li jirriżultaw minn kwalunkwe negliġenza jew frodi min-naħa tal-EPC.
Xejn f’dawn it-Termini ta’ Servizz ma jeskludi jew jirrestrinġi r-responsabbiltà tal-EPC għal xi telf jew dannu dirett jew indirett minħabba fornitura mhux korretta ta’ Servizzi jew minħabba dipendenza fuq informazzjoni mhux korretta inkluża fil-Websajt.
Waqt li sar kull sforz biex ikun żgurat li dawn it-Termini ta’ Servizz jaderixxu b’mod strett mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi, fl-eventwalità li xi wieħed minn dawn it-termini jinstab li huwa llegali, invalidu jew b’xi mod ieħor mhux infurzabbli, dak it-terminu għandu jitqies li nqata’ minn dawn it-Termini ta’ Servizz u m’għandux jaffetwa l-validità u l-infurzar tat-Termini ta’ Servizz li jibqa’. Dan it-terminu għandu japplika biss fil-ġurisdizzjonijiet fejn terminu partikulari huwa illegali.
Kif l-EPC Tuża l-Informazzjoni Personali Tiegħek (Protezzjoni tad-Data)
L-informazzjoni personali kollha li l-EPC tista’ tiġbor (inklużi, imma mhux limitata għal, ismek, l-indirizz u n-numru tat-telefon) tkun miġbura, użata u miżmuma f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-2018.
Għal dettalji dwar il-protezzjoni tad-data jekk jogħġbok aqra l-Avviż dwar il-Privatezza tal-EPC.
Termini Importanti Oħra
L-EPC tista’ tittrasferixxi (tassenja) l-obbligi u d-drittijiet tagħna skont dawn it-Termini ta’ Servizz lil parti terza. Jekk dan iseħħ, inti tkun infurmat bil-miktub mill-EPC. Id-drittijiet tiegħek skont dawn it-Termini ta’ Servizzi ma jkunux affetwati u l-obbligi tagħna skont dawn it-Termini ta’ Servizzi jiġu ttrasferiti lill-parti terza li tibqa’ marbuta bihom.
L-EPC tista’ tirrevedi dawn it-Termini ta’ Servizz minn żmien għal żmien bħala rispons għal tibdiliet fil-liġijiet rilevanti u rekwiżiti regolatorji oħrajn.
Jekk xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn it-Termini ta’ Servizz jinstab li hija illegali, invalida jew b’xi mod ieħor mhux infurzabbli minn xi qorti jew awtorità oħra, dik/dawk id-dispożizzjoni(jiet) għandha(hom) titqies(jitqiesu) maqtugha mill-bqija ta’ dawn it-Termini ta’ Servizz. Il-bqija ta’ dawn it-Termini ta’ Servizz għandhom jitqiesu validi u infurzabbli.
Ebda nuqqas jew dewmien mill-EPC, fl-eżerċizzju ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet tagħha skont dawn it-Termini ta’ Servizz m’għandu jitqies li jfisser li l-EPC rrinunzjat dak id-dritt, u ebda deroga mill-EPC ta’ ksur ta’ xi dispożizzjoni ta’ dawn it-Termini ta’ Servizz m’għandha titqies li tfisser li l-EPC se tidderoga kwalunkwe ksur sussegwenti tal-istess dispożizzjoni jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni oħra.
Liġi u Ġurisdizzjoni
Dawn it-Termini ta’ Servizz, u r-relazzjoni bejnek u l-EPC għandhom ikunu rregolati minn, u interpretati skont, il-liġi Ngliża.
ULEZ - Għajnuna
Biex tgħin it-titjib tal-kwalità tal-arja, Żona rriservata għal vetturi ta’ Emissjonijiet Ultra Baxxi (ULEZ) se tkun fis-seħħ fl-inħawi ċentrali ta’ Londra mit-8 ta’ April 2019. Il-maġġoranza tal-vetturi inklużi l-karozzi u l-vannijiet iridu jissodisfaw standards tal-emissjoni tal-egżost ġodda u aktar stretti jew iħallsu ħlas kuljum biex jivvjaġġaw fiż-żona tal-ULEZ.
The ULEZ is expanding from 29 August 2023 across all London boroughs.
Standards ULEZ
Il-vetturi jeħtieġ li jissodisfaw l-istandards tal-emissjonijiet differenti għall-ULEZ skont it-tip tal-vettura, u t-tip tal-emissjoni tagħhom.
X’inhuma l-istandards?
Tfl tippreferi li inti tuża vettura li tissodisfa l-istandards tal-emissjonijiet ġodda milli inti tħallas il-ħlas ta’ kuljum.
L-istandards euro, li dehru għall-ewwel darba fl-1992, huma firxa ta’ kontrolli tal-emissjonijiet li jistabilixxu limiti għall-ossidu tan-nitroġenu (Nox) u materja partikolata (PM) mill-magni li jniġġsu l-arja. Vetturi ġodda u magni ta’ vetturi tat-triq iridu juru li jissodisfaw dawn il-limiti biex ikunu approvati għall-bejgħ.
L-istandards ULEZ huma:
- Euro 3 għall-muturi, mopeds, tricycles motorizzati u quadricycles (kategorija L)
- Euro 4 (NOx) għall-karozzi tal-petrol, vannijiet, minibuses u vetturi speċjalizzati oħra
- Euro 6 (Nox u PM) għall-karozzi tad-diesel, vannijiet u minibuses u vetturi speċjalizzati oħra
- (Nox u PM) għat-trakkijiet, xarabanks u kowċis u vetturi speċjalizzati tqal oħra (NOx u PM)
Euro 3 saret mandatorja għall-muturi ġodda kollha fl-2007
Euro 4 saret mandatorja għall-karozzi ġodda kollha fl-2005 u għall-vannijiet ħfief fl-2006
Euro 6 saret mandatorja għall-magni tqal ġodda kollha għall-vetturi tal-merkanzija u xarabanks minn Jannar 2014, Settembru 2015 għall-karozzi u vannijiet ħfief, u Settembru 2016 għal vannijiet akbar sa u inklużi 3.5 tunnellati piż gross tal-vetturi.
LEZ - Għajnuna
Iż-Żona ta' Emissjonijiet Baxxi (LEZ) tkopri l-parti kbira ta' Greater London u topera 24 siegħa kuljum, kull ġurnata tas-sena. Hija kienet introdotta fl-2008 biex tinkoraġġixxi lill-vetturi bid-diżil li l-aktar iħammġu fil-Belt Kapitali biex isiru aktar nodfa.
The aim of the LEZ is to improve air quality in London by deterring the most polluting vehicles from being driven in the area. The vehicles affected are older diesel-engined trucks, buses, coaches, large vans, minibuses and other specialised vehicles that are derived from trucks and vans such as motor caravans and motorised horse boxes.
Cars, motorcycles and small vans are not included in the LEZ.
LEZ emissions standards
- From 4 February 2008, a standard of Euro III for particulate matter (PM) for lorries over 12 tonnes
- From 7 July 2008, a standard of Euro III for PM for lorries over 3.5 tonnes, buses and coaches
- From 3 January 2012, a standard of Euro 3/III for PM for larger vans and minibuses
- From 3 January 2012, a standard of Euro 4/IV for lorries over 3.5 tonnes, buses and coaches
- From 1 March 2021, a standard of Euro VI for PM and nitrogen oxides (NOX) for lorries, motor caravans and horseboxes over 3.5 tonnes, and buses and coaches more than 5 tonnes
As of 01 March 2021 the LEZ emissions standards for HGVs, vans and other specialist heavy vehicles over 3.5 tonnes (GVW) as well as for buses, minibuses and coaches over 5 tonnes (GVW) changed from Euro IV for particulate matter (PM) to Euro VI for PM and nitrogen oxides (NOX). These vehicles need to meet the Euro VI emission standard or pay a daily charge. You can check your vehicle and find out about the options to help you prepare at www.tfl.gov.uk/lez
Euro Parking Collection plc (EPC)
83-93 Shepperton Road
London
N1 3DF
ir-Renju Unit
Ikkuntattja lil EPC
Tel: +44 (0)20 7288 9740
* Please note calls may be recorded for training and auditing purposes.
Fax: +44 (0)20 7288 9741
www.epcplc.com
Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpanija: GB3515275
Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Protezzjoni tad-Data: Z5479282
2023 © EPC plc | Politika dwar il-Cookie | It-Termini tas-Servizz | Avviż dwar il-Privatezza | Aċċessibilità